€1.75 f’żieda għall-għoli tal-ħajja

Is-sena d-dieħla ż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ta’ €1.75 fil-ġimgħa. Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar dawn waqt li kien qed jaqra d-diskors tal-Baġit għall-2021.

Ħabbar li din se tingħata lil kulħadd kulħadd, inkluż impjegati, pensjonanti, dawk li jirċievu l-benefiċċju soċjali, filwaqt li l-istipendji jiżdiedu pro-rata.

Iż-żieda kienet ta’ €3.49 fil-ġimgħa is-sena l-oħra.

Il-pensjonanti se jirċievu żieda oħra ta’ €3.25 fil-ġimgħa: b’hekk, il-pensjonijiet se jiżdiedu b’€5 fil-ġimgħa.

Żieda ta’ ġurnata leave għal kulħadd

Il-Ministru Edward Scicluna ħabbar ukoll żieda ta’ ġurnata oħra leave għall-impjegati kollha. Din hija r-raba’ darba li l-Gvern qed jagħti lura lill-ħaddiema l-ġranet tal-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa.

Ċekkijiet għar-rifużjoni tat-taxxa

Se jiżdiedu r-rifużjonijiet tat-taxxa għall-kategoriji kollha, bl-ogħla kategorija se tkun ta’ €95. L-ispiża għal din il-miżura mistennija titla’ għal €16-il miljun.

Tista’ ssegwi l-baġit LIVE hawnhekk:
BAĠIT 2021: Id-diskors LIVE mill-Parlament