€1.1 miljun għat-tiswijiet ta’ ambulanzi u karozzi tal-Pulizija u l-AFM

Arkivji

Fis-sena 2019, intefqu ftit aktar minn €1.1 miljun fuq tiswijiet ta’ ambulanzi u ta’ karozzi tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Dan ħareġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri. Huma kienu qegħdin iwieġbu l-mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

L-ambulanzi

  • 35 ambulanza
  • Il-manutenzjoni tagħhom fl-2019 swiet €320,368.15

Mistoqsi kull kemm żmien tinbidel il-flotta tal-ambulanzi u jekk jinxtrawx ġodda jew jinkerewx, il-Ministru spjega li dawn jinbidlu meta jiġu ddikjarati li mhumiex tajbin biex jipprovdu s-servizz meħtieġ.

Il-vetturi tal-Pulizija

  • 418-il vettura: karozzi, muturi, scooters u segways
  • Il-manutenzjoni tagħhom fl-2019 swiet madwar €568,000

Il-vetturi tal-AFM

  • 195 vettura ta’ tipi differenti
  • Il-manutenzjoni tagħhom fl-2019 swiet €246,107