Dybala fi triqtu lejn il-Bavarja?

Skont kif irrapurtat minn ġurnali Ingliżi u Ġermaniżi, Bayern Munich jinsabu interessati li jakkwistaw lil Paulo Dybala mingħand Juventus għas-somma ta’ £88 miljun.
Jekk dan it-trasferiment iseħħ, il-fantażista Arġentin mistenni jieħu post l-attakkant Pollakk Robert Lewandowski li jixtieq jingħaqad ma’ Real Madrid.
Lewandowski huwa wieħed mill-aktar attakkanti prolifiċi fil-Ġermanja u rebaħ erba’ kampjonati domestiċi minn meta ngħaqad ma’ Bayern Munich fl-2014.
Dybala jinsab fit-tielet staġun tiegħu mal-bianconeri u huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers fit-tim ta’ Massimiliano Allegri.
Minkejja din ix-xniha marbuta mar-rebbieħa tal-Bundesliga, Dybala ġibed ukoll l-interess ta’ Atletico Madrid li jista’ jkun ibiegħu l-Antoine Griezmann lill-Barcelona la jiftaħ is-suq tat-trasferimenti.