Dwarna

Read in English.

Beacon Media Group Ltd

Beacon Media Group Ltd hi kumpanija tal-Knisja li tmexxi l-media tal-Knisja prinċipalment l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart u Newsbook.com.mt. Hija tipprovdi wkoll diversi servizzi fl-oqsma awdjoviżivi u diġitali permezz tat-taqsima msejħa Media Centre.

Beacon Media Group Ltd bdiet topera fl-2017 wara li ġew amalgamati flimkien il-Media Centre Ltd. (oriġinarjament imwaqqaf fl-1980) u l-RTK Ltd (oriġinarjament imwaqqaf fl-1992).

L-uffiċċji tal-kumpanija qegħdin fi Blata l-Bajda fejn hemm ukoll l-istudios state of the art li nbnew fl-2019.

103 Malta’s Heart

L-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart li beda jxandar f’Lulju 2019 jadotta l-format ta’ chat u music station. L-istazzjon jipprovdi divertiment, informazzjoni, flimkien ma’ programmi ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti. L-għan aħħari tal-istazzjon hu li jwassal il-messaġġ nisrani.

103 Malta’s Heart ħa post Radju RTK u żamm l-istess frekwenza. RTK kien beda jxandar fl-1992 u għal snin twal stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aktar stazzjonijiet popolari u influwenti f’Malta.

103 Malta’s Heart jista’ jinstema’ wkoll fuq l-internet u fuq il-pjattaforma diġitali.

Newsbook.com.mt

Fair. Accurate. Trustworthy.

Newsbook (www.newsbook.com.mt) hu websajt ta’ aħbarijiet lokali u internazzjonali kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Is-sit ġie ddisinjat biex joffri lill-qarrejja aħbarijiet li jkunu fair, eżatti u ta’ min jafdahom. Newsbook li nbeda fl-1 ta’ Ottubru 2012 huwa wieħed mill-aktar portals popolari f’Malta.

L-ethos tas-sit huwa ispirat mill-messaġġ nisrani.

Newsbook għandu wkoll preżenza qawwija fuq il-mezzi soċjali. Hemm diversi paġni fuq Facebook u l-aktar waħda popolari għandha ‘l fuq minn 109,000 like.

Media Centre

Il-Media Centre hija t-taqsima l-aktar antika ta’ Beacon Media Group. Mill-bidu ċkejken fl-Istitut Kattoliku l-Furjana l-Media Centre żviluppa bħala post li jipprovdi diversi servizzi fil-qasam awdjoviżiv u diġitali lill-bqija tal-kumpanija u lill-entitajiet barra l-kumpanija. 

Bord tad-Diretturi 

Chairman:  Dr Gege Gatt

Membri:     Rev. Dr Joe Borg, Marija Bugeja, Chris Mifsud, Dr Franco Curmi

u Rev. Dr Eddie Zammit

Segretarju: Dr Michael Zammit Maempel

Bord Editorjali:

Chairman: Rev. Dr Joe Borg

Membri:     Francesca Balzan u Prof. Mary Anne Lauri

Segretarju: Sylvana Debono

Bord ta’ Tmexxija:

Kap Eżekuttiv:                               Anton Attard

Deputat Kap Eżekuttiv:                   Petra Borg Urso

Editor-in-Chief:                              Sylvana Debono

Head Technical Services:                 Fr Stefan Bonanno

Channel Manager:                           Arthur Caruana

News Manager:                               Charmaine Attard

Digital Transformation Manager:       Maria Callus

 

Beacon Media Group Ltd

New media Centre

Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda

ĦMR1640

  

Telefown Ġenerali:    2569 9100

Kamra tal-aħbarijiet: 25699214/5/8

103 Malta’s Heart:     25699230

Tim tekniku:               25699244

Reklamar:                   25699220