Dwar xiex se jitkellmu Kristianne u Brenda?

Is-16-il puntata mis-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa jixxandar illum fl-3.45pm fuq l-istazzjon Melita More, Channel 315.

Fl-episodju tal-lum Elizabeth tikkonfronta lil Etienne dwar il-flus li kien jagħti lil ommha. X’se jkun qed jgħidilha? U x’parir se jtiha?

Tristan u John jiltaqgħu minħabba li Tristan xtaq ikellmu b’urġenza. X’ġara? 

Kristianne titkellem ma’ Brenda dwar dak li kien ġara bejnha u bejn Robert. X’se tgħidilha u x’raġuni se ttiha dwar il-fatt li Valentina ma togħoġobhiex?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Channel 315. Is-sensiela, bi produzzjoni ta’ Rewind, għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.