Dwar xiex se jiġġieldu Nadia u Frank?

Ħbieb u Għedewwa jkompli matul din il-ġimgħa b’aktar episodji li jixxandru mit-Tnejn sal-Ġimgħġa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315.

L-episodju tal-lum jeħodna fil-kamra tas-sodda fejn ikun qed iseħħ argument bejn Frankie u Nadia. Imma dwar xiex qed jiġġieldu? Għaleix Frankie se jieħu għalih? Decelis jiltaqa’ ma’ Manwela u jkompli jitkellmu dwar il-qtil ta’ Sam. x’se jgħidu?

Valentina terġa’ lura d-dar biex iġġib il-mobajl. X’se tagħmel Brenda u x’se tgħidilha Kristianne?

Ħbieb u Għedewwa għandu produzzjoni ta’ Rewind, b’kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber.