Dwar l-Interconnector, il-PN jgħid li l-problemi kienu solvuti

Wara li l-Gvern Taljan approva l-permess għall-Interconnector, il-Partit Nazzjonalista sostna li m’huwiex minnu li kien hemm problemi li ma kinux solvuti mill-amministrazzjoni preċedenti.

Dan hekk kif kien rappurtat li l-permess ħareġ wara li l-Gvern il-ġdid Malti solva problema marbuta dwar ir-rotta minn fejn se jgħaddi l-cable li kienet f’territorju ta’ kumpanija taż-żejt Taljana.

Il-Partit Nazzjonalista żied jgħid li laqa’ bil-ferħ din l-aħbar hekk kif dan hu proġett ta’ Gvern Nazzjonalista li jwassal biex jonqsu l-kontijiet, hekk kif id-dawl se jkun jista’ jinxtara bi prezzijiet irħas matul il-lejl.