Familja fin-Netherlands tinqafel għal 9 snin

A general view of a remote farm where a family spent years locked away in a cellar, according to Dutch broadcasters' reports, in Ruinerwold, Netherlands October 15, 2019. REUTERS/Piroschka van de Wouw

Read in English.

Familja qattgħet disa’ snin maqfula f’kantina jistennew id-dinja tispiċċa. Il-Pulizija sabuha fin-Netherlands wara li t-tifel il-kbir intlemaħ f’bar lokali.

Skont rapporti fil-midja, raġel ta’ 58 sena u sitt adulti bejn it-18 u l-25 sena kienu qed jgħixu f’razzett fil-provinċja ta’ Drenthe.

Wieħed mis-sitta ordna birra f’bar u qal lill-ħaddiema li kellu bżonn l-għajnuna.

Sid il-bar qal li wieħed seta’ jara li ma kellux idea x’qed jagħmel jew fejn kien.

Il-Pulizija qed tenvistiga l-każ.