Dustin jitlef il-battalja mal-kanċer

L-aħbar tal-mewt ta’ Dustin Desira, żvelata minn Puttinu Cares jumejn ilu, ħasdet lil għadd ta’ persuni li rrikorrew fuq il-mezzi soċjali biex isellmulu.
Dustin tilef il-battalja mal-kanċer fl-età ta’ 31 sena. Huwa kien qed jgħix fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares fir-Renju Unit fejn kien qed jingħata l-kura.
Dustin kien miżżewweġ u kellu wkoll tifel ta’ tliet snin. Bosta ddeskrivewh bħala missier u raġel iddeterminat, u li kien bniedem mill-aqwa.
L-aħħar tislima lil Dustin se tingħata nhar it-Tlieta li ġej fis-2pm fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.