Dustin Hoffman operat minħabba kanċer

L-istill ta’ Hollywood  għadu kemm ġie operat minħabba kanċer li nstab fi stadju bikri.

Kelliem għall-attur qal li jinsab tajjeb iżda xorta waħda se jkompli jagħmel aktar testijiet biex il-kanċer ma jerġax jitfaċċa. 

Madanakollu ma ngħatatx informazzjoni dwar x’tip ta’ kanċer tneħħielu.

Proprju għada, il-Ħamis 8 ta’ Awwissu, jagħlaq 76 sena.  Iddebutta fil-karriera ċinematografika fl-1967 bil-film 'The Graduate'. 

Ftit tax-xhur ilu, idebbutta f’Hollywood bħala direttur tal-film 'Quartet', film li jitratta l-anzjanità.  Dan l-aħħar ukoll, irreċta fil-film  'Chef' flimkien ma’ Scarlett Johanson u Robert Downey Jr, film li se joħroġ is-sena d-dieħla.