Duncan Micallef se jerġa’ jkun fl-azzjoni

Duncan Micallef mistenni jerġa’ jkun fl-azzjoni għat-tieni round tal-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing fi Tierp Arena fl-Iżvezja.
Dawk kolla li jsegwu dan l-isport, qed jisperaw li Micallef jirnexxielu jikseb prestazzjoni u riżultat aħjar minn dak li diġà nkiseb aktar kmieni din is-sena fil-Main Event f’Santa Pod l-Ingilterra.
Waqt dan l-avveniment, tliet uffiċjali tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing, qed jattendu għal taħriġ filwaqt li jakkwistaw esperjenza f’diversi oqsma tal-isport.