Duncan Micallef ippremjat fl-iktar motorsport veloċi

Duncan Micallef ġie ppreżentat b’mod uffiċjali bħala ċ-Champion Ewropew tat-Top Fuel Dragster.
Il-Federazzjoni Internazzjonali ta’ l-Awtomobilizmu, il-FIA, organizzat l-Assemblea Ġenerali tagħha f'Pariġi, Franza, li tagħlaq is-serje annwali tagħha ta 'laqgħat tal-Clubs ta' l-Isport u l-Mobilità tal-Membri tagħha madwar id-dinja.
L-attivitajiet spiċċaw b’ikla Gala u preżentazzjoni fil-Palazz ta' Versailles fejn ir-rebbieħa tal-kampjonati sportivi mondjali kollha tal-Federazzjoni ġew onorati.
Waqt l-iktar premjazzjoni prestiġjuża fid-dinja, is-sewwieq Malti tat-Top Fuel Drag Racing Duncan Micallef li ġie ppreżentat bit-trofew tiegħu fl-iktar motorsport veloċi fid-dinja.
Waqt is-serata annwali tal-premjazzjoni tal-FIA ġewwa Il-palazz ta’ Versailles, f’ Pariġi li l-oriġini tiegħu tmur lura għas-seklu sbatax, Sit ta’ Wirt Dinji għal 30 sena u huwa waħda mill-ikbar kisbiet fl-arti Franċiża tas-seklu 17, il-Ġimgħa 8 ta’ Dicembru. Fost l-oħrajn waqt din l-assemblea il-President Jean Todt ġie ikkonfermat bħalha President tal-FIA għal-erbgħa snin li ġejjin.
Kien ta’ unur kbir kemm għas-sewwieq innifsu Duncan Micallef, is-sinjura tiegħu Yanika Micallef, Tonio Cini u Oliver Attard President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport kif ukoll għal Pierre Vella li attenda il-ġimgħa ta’ attivitajiet fi Franza f’isem it-Touring Club Malta li segwew l-attivita ġewwa is-sala rjali għal-opri fl-istess Palazz ta’ Versailes f’Pariġi kif ukoll għad-dilettanti kollha u dawk li japprezzaw il-motorsport u s-suċċessi li iġib lejn Malta.
Duncan Micallef, li huwa wkoll l-Isportiv tas-Sena 2016, rebaħ il-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing f'Settembru li għadda.