Duncan Micallef bħalissa fit-3 post f’Santa Pod

F'Santa Pod waqt l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Drag Racing tal-Ewropa Duncan Micallef spiċċa l-erba' rawnds ta' kwalifikazzjonijiet fit-tielet post tal-Klassi FIA Top Fuel Dragster.
Hu daħal wara Antti Horto u Liam Jones. L-aħjar ħin li għamel Micallef s’issa kien ta' 3.92 sekondi u veloċità ta 309.97 mil fis-siegħa.
Wara l-erba' rawnds ta' kwalifikazzjoni kemm Glenn Borg kif ukoll Franklyn Borg bil-mutur ta' Simon Giordmaina jinsabu fir-raba post tal-klassijiet rispettivi tagħhom.
Glenn Borg fil-Klassi FIM Top Fuel Bike u Franklyn Borg fil-Klassi FIM Super Street Bike. L-aħjar ħin ta Glenn kien ta' 6.57 sekondi u veloċità ta 206.29 mil fis-siegħa u b’dan ir-rizultat jinsab fit-tielet post tal-aqwa sewwieqa tal-muturi tat-tip Promod. L-aħjar ħin għal Franklyn Borg s'issa hu ta' 7.12 sekondi u 200.76 mil fis-siegħa.
Il-kundizzjonijiet tal-arja ġewwa Sant Pod ma tantx kienu faveroli u s-sewwieqa kollha sabuha diffiċli biex inaqsu il-ħinijiet matul il-jum tal-Hadd.
L-avveniment se jkompli fit-28 ta' Mejju.