Dun Robert Grech jinħatar kappillan tas-Swatar

Dun Robert Grech inħatar kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ Preca, is-Swatar, mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.
Dun Robert ġie ordnat saċerdot fl-2003, u matul il-ħidma pastorali tiegħu serva f'diversi parroċċi kif ukoll bħala direttur spiritwali fl-iskejjel sekondarji.
Fl-2010 beda jservi bħala viċi kappillan fil-Parroċċa ta' San Ġiljan u fl-2013 mexa għall-Parroċċa tas-Swatar.
Il-Parroċċa tas-Swatar tiġbor fiha madwar 5,600 persuna f’1,600 familja.