Awdjo: ‘Dun René se jkun magħna xorta l-Etjopja’

Nhar is-Sibt li ġej, seba’ żgħażagħ se jitilqu lejn l-Etjopja biex jagħmlu xogħol volontarju mas-sorijiet ta’ Madre Tereża. Il-preparamenti għal din l-esperjenza kienu ftit diffiċli minħabba li saru fin-nuqqas ta’ persuna li l-missjoni fl-Etjopja kienet saret parti minn ħajjitha.

Mal-grupp fi trieqtu lejn Jimma, kellu jkun hemm is-saċerdot bit-tbissima, Dun René Cilia.

Stephen Abela, ħabib ta’ René li se jkun qed imexxi l-grupp għall-Etjopja. Stqarr li René u l-Etjopja kienu ħaġa waħda.

Dun René mar l-Etjopja għall-ewwel darba disa’ snin ilu. Madwar sena ilu, il-qassis żagħżugħ kien qed jippjana li jitla’ għal darba oħra ma’ grupp – l-istess grupp li nhar is-Sibt se jkun qed jerħilha għall-Etijopja. Sfortunatament, Dun René tilef ħajtu ħames t’ijiem biss qabel ma kellu jiltaqa’ ma’ grupp mħajjar li jagħmel din l-esperjenza.

Stephen u sħabu li tilgħajn l-Etijopja sabu faraġ fil-ħsieb li li kieku għadu ħaj, Dun René kien ikun irid li l-grupp ta’ volontiera jitla’ xorta.

Il-grupp ta’ seba’ voluntiera ilu għal dawn l-aħħar xhur jipprepara u jiġbor fondi. F’Jimma, l-Etijopja, il-grupp Malti se jkun qed iqatta’ madwar tliet ġimgħat. Uħud mill-volontiera huma ħbieb qrib ta’ Fr René li anke kellhom ix-xorti jaħdmu miegħu f’esperjenzi ta’ volontarjat.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.