Dun Renè Camilleri jirriżenja minn Vigarju Episkopali

Dun Renè Camilleri rriżenja minn Vigarju Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni fl-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt kelliema għall-Kurja qalet li huwa rriżenja għal raġunijiet personali. Stqarret li l-Arċisqof Charles Scicluna rringrazzja lil Dun Renè għall-ħidma li wettaq f’din il-kariga.

L-irwol tiegħu kien li jikkordina l-ħidma tat-tliet Segretarjati, jiġifieri dak għall-Katekeżi, dak għall-Edukazzjoni Kattolika u l-ieħor għal-Liturġija, biex ikunu f’sinfonija mal-ħidma tal-Evanġelizzazzjoni fi ħdan il-Knisja.

Il-Vigarju Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni jidentifika wkoll il-prijoritajiet u li jfassal u jippromwovi strateġija ta’ Evanġelizzazzjoni għall-Knisja f’Malta.