Dun Alex Cauchi l-President il-ġdid tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu

Dun Alex Cauchi ġie nnominat mill-Isqof Mario Grech biex isir il-President il-ġdid tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu.
Fi stqarrija, l-Kurja ta’ Għawdex qalet li Monsinjur Mario Grech għamel din il-ħatra bix-xewqa li l-ħidma missjunarja mibdija minn Dun Ġorġ tkompli tinfirex.
Dun Alex Cauchi mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni l-Għarb, ilu missjunarju fil-Brażil u l-Perù sa mis-sena 1995.
L-Istatut tal-Moviment jitlob li l-president jiġi nnominat mill-Isqof ta’ Għawdex. Peress li Dun Alex Cauchi se jiġi Għawdex f’Jannar li ġej, l-Isqof Grech ħatar lil Mons. Pawlu Cardona, Vigarju Episkopali għall-Kleru bħala President ad interim.
Il-funeral ta’ Mons. George Grima, il-fundatur u President tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, sar ġimgħatejn ilu fil-parroċċa ta' San Ġorġ tar-Rabat Għawdex.