Duminku Mintoff u Eddie Fenech Adami

Duminku Mintoff u Eddie Fenech Adami huwa ktieb dwar iż-żewġ eksmexxejja u jkopri s-snin bejn l-1960 u l-2012.
Fost l-oħrajn il-ktieb jinkludi r-Referendum tal-Indipendenza, il-Kostituzzjoni minn Monarkika għal Repubblikana, tmiem il-Bażi Ngliża f’Malta, il-mewt ta’ Giorgio Borg Olivier, il-meeting f’tal-Barrani, l-elezzjoni tal-1987, l-aħħar elezzjoni li kkontesta Duminku Mintoff, l-Iffirmar tat-Trattat tas-Sħubija fl-Unjoni Ewropea, Edward Fenech Adami maħtur President, ir-referendum għad-Divorzju, u l-mewt ta’ Duminku Mintoff. 
Il-ktieb jiswa €15 u jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin tal-kotba jew mill-istand tad-Dom Communications Ltd fil-Festival tal-Ktieb.