“Dulur meta jmutlek ibnek u taf li m’intix se tarah iktar”

Josette Frendo, omm Jerome Frendo, li miet wara li għal tul ta’ snin kien f’battalja sħiħa mal-kanċer, qalet li issa tista’ tifhem xi tfisser id-Duluri, wara li tilfet lil binha li taf li mhix ser terġa’ tarah f’din id-dinja.
F’messaġġ emozzjonanti li ħalliet fuq Facebook, Josette stqarret li issa qed tifhem iktar x’ħasset il-Madonna meta mitilha binha, u propju dak li qed tfakkar il-ġurnata tal-lum, tad-Duluri.
L-omm spjegat li dulur huwa meta kienet tara lil binha jbati u ma setgħet tagħmel xejn sabiex tipprevjeni dan. Meta binha kien muġugħ fis-sodda u hi kienet tkun qed tibki f’kamra oħra.
Semmiet li dulur huwa meta kienet qed tara lil binha jmut ftit fiti u minkejja li ma xtaqitux jibqa’ jbati riedet li jibqa’ magħha.
Tgħid li dulur huwa meta omm, li kella pjanijiet ta’ futur għal binha rat kollox jispiċċa fix-xejn, u li tixtieq li terġa’ tgħannaq u tbus lil binha għal darboħra.