Duħħan iswed għall-Parlament Taljan

Il-Parlament Taljan iltaqa’ għall-ewwel darba mindu seħħew l-elezzjonijiet inkonklussivi, bil-partiti mwaqqfa milli jiffurmaw gvern ġdid. Kemm-il membri tas-senat kif ukoll tal-parlament naqsu mill-ewwel tentattiv sabiex jeleġu xi kelliema.

Saru diversi sforzi mill-mexxej taċ-ċentru xellug Pier Luigi Bersani sabiex jintlaħaq ftehim politiku. Jekk il-partiti jonqsu milli jilħqu ftehim, jerġgħu jsiru l-elezzjonijiet.
Wara tliet ġimgħat mindu saret l-elezzjoni fl-Italja hemm il-biża’ li din l-inċertezza politika twassal sabiex l-ispejjeż ta’ self jinżlu għal-livelli perikolużi.

Il-mezzi tax-xandir Taljana qabblu dan l-episodju mal-elezzjoni tal-Papa. Huma kienu rrappurtati jgħidu li d-duħħan iswed jindika li kemm is-Senat kif ukoll il-Parlament naqsu milli jiddeċiedu mexxej.