Dubju jekk il-fdalijiet ta’ San Nikola f’Bari humiex awtentiċi

Grupp ta’ riċerkaturi Torok jemmnu li sabu l-fdalijiet propja ta’ San Nikola taħt art mżejna bil-możajk fi knisja fir-reġjun ta’ Antalya fit-Turkija, fejn hemm qabar li sa ftit żmien ilu kien mhux magħruf ta’ min hu.
Din il-knisja tinsab fl-istess reġjun fejn hu mifhum li San Nikola kien twieled u għex matul is-seklu erba’. San Nikola huwa magħruf bħala qaddis ta’ karita’ kbira li kien jgħin ħafna lil fqar.
Tradizzjonalment, kien maħsub li l-fdalijiet ta' San Nikola kienu misruqa mis-sajjieda Taljani matul is-seklu ħdax, li mbagħad ttieħdu fil-kripta tal-Bażilika ta' San Nikola f’Bari.
Imbagħad, fl-2009 arkeologi Torok kienu talbu lill-gvern Taljan ta’ dak iż-zmien biex jirritorna l-fdalijiet lit-Turikija, iżda dan qatt ma sar.
Sadanittant, biex tassew tiddetermina jekk dak li qiegħed jiġi mixli mill-arkeologi Torok illum hux minnu, jkollhom ineħħu l-pavimenti tal-knisja Demre, li huwa mużajk intrikat u storiku.
F’Malta, San Nikola huwa l-patrun tas-Siġġiwin