Dubai Holding trid tkompli tinvesti f’Malta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddiskuta iktar investiment li Dubai Holding mistennija tagħmel f’Malta.
Waqt żjara li għamel f’Dubaj, marbuta mal-iskema taċ-Ċittadinanza b’Investiment, il-Prim Ministru kellu laqgħa maċ-Ċermen Abdulla Al Habbai u l-Kap Eżekuttiv Edris Al Rafi.
Matul il-laqgħa, Dubai Holding qalet li l-kumpanija tixtieq tkompli tinvesti u timbotta ‘il quddiem il-proġett ta’ Smart City.
Il-Prim Ministru fakkar fil-proġett biex l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jkun rilokat fi Smart City liema proġett se jkun jinkludi wkoll lukanda.
Qal li dan se jkun qed jagħti ħajja ġdida lil Smart City.