19-il bugħaddas inaddfu ż-żona tal-Banjijiet fil-Belt Valletta

Dalgħodu saret ħidma ta’ tindif f’qiegħ il-baħar fiż-żona magħrufa bħala l-Banjijiet fil-Belt Valletta.
Din il-ħidma kienet organizzata mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima flimkien mal-Fondazzjoni Valletta 2018, b’kollaborazzjoni ma’ Wasteserv, Diveshack u Nature Trust. 
Fit-tindif ħadu sehem madwar 17-il bugħaddas li ġabru ammont konsiderevoli ta’ skart, inkluż dak goff.
Il-Ministeru għall-Ambjent José Herrera attenda għal dan it-tindif li sar f’Earth Day u spjega li ntagħżlet din ż-żona peress li fi ftit ġranet oħra se jingħata bidu għall-Valletta Green Festival, u anke minħabba l-proġett Valletta 2018.
Il-Ministru Herrera temm billi rringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw f’sdan it-tindif.
Ritratt: Doi – Pierre Sammut