Covers tal-mowbajls, ananas u ċikkulata maqbuda mid-Dwana

Drogi, steroids, alkoħol, disa’ miljuni sigaretti u armi nqabbdu minn uffiċjali tad-Dwana f’diversi nħawi madwar Malta.
Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, id-Dwana qabdet ukoll muturi tad-dgħajjes, pompi tal-petrol, kameras tas-sigurtà.
Stqarrija maħruġa mid-Dwana ta’ Malta turi li nqabbdu wkoll kważi 33,000 batteriji u covers tal-mobajls, 20,000 bajd taċ-ċikkulata u 8,000 sandli.
Id-dwana qabdet ukoll 26,000 landa ta’ ananas (pineapple) u 24 kameras tas-sigurtà.
Qalet li l-oġġetti maqbuda jew kienu illegali, jew ipprovaw jevitaw it-taxxa, jew huma foloz, inkella huma ħsara għall-konsumatur jew ipprojbiti.