Drogba kiber fl-età iżda għadu deċiżiv

Minkejja li għalaq 40 sena fil-bidu ta’ din is-sena, Didier Drogba, li llum il-ġurnata jilgħab ma’ Pheonix Rising fil-United Soccer League ġewwa l-Amerka, għadu kapaċi jbiddel l-andament ta’ partita grazzi għall-kwalitatjiet tiegħu.
Fl-isfida kontra Tulsa Roughnecks Drogba skorja freekick mill-isbaħ minn madwar distanza ta’ 36 metru.
L-Ivorjan huwa mistenni li jirtira fi tmiem l-istaġun wara li qatta’ 20 sena bħala plejer u ser jibda jokkupa rwol fl-eżekuttiv ta’ Pheonix Rising.
Drogba lagħab ukoll ma’ Chelsea u Galatasaray, b’wieħed mill-aqwa mumenti tal-karriera tiegħu jasal fil-finali taċ-Champions League bħala plejer tal-Blues.
Fil-fatt kienet daqqa ta’ ras tiegħu fit-88 minuta li ġabet id-draw għal Chelsea wara li Bayern Munich kienu marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Thomas Müller qabel mal-istess Drogba skorja l-penalty deċiżiv.