Drogba jfaħħar l-kwalitajiet ta’ Mbappe

Il-leġġenda ta’ Chelsea Didier Drogba ddeskriva lil Kylian Mbappe bħala attakkant komplut minkejja li għadu żagħżugħ.

Waqt li kien qiegħed jitkellem fuq il-BBC, Drogba saħaq li l-plejer ta’ 19-il sena huwa mogħni b’veloċità impressjonanti, teknika tajba ħafna u huwa perikoluż quddiem il-lasta.

L-attakkant Franċiż, li huwa t-tieni l-aktar plejer li sewa flus fis-suq tat-trasferimenti wara li Paris Saint Germain nefqu £164 miljun sabiex xtrawh mingħand Monaco, sar l-ewwel żagħżugħ li skurja doppjetta fil-fażi tan-knockout wara l-Brażiljan Pele.

Miġjub lilek minn Hublot