Drogata u prostituta… illum cleaner kburija u b’7 itfal

Pexels: Engin Akyurt

Liza* bdiet tiġi abbużata sesswalment minn missierha tar-rispett. Ommha mietet bl-inkwiet.  Daħlet fid-dinja tad-droga u l-prostituzzjoni. Għandha sebat itfal. Fittxet l-għajnuna u llum għandha xogħol ta’ cleaner u kburija tilbes l-uniformi.

Michelle* kienet diġà dipendenti fuq id-droga ta’ 17-il sena. Missierha ma kinitx taf min hu. Kienet tiġi bbuljata l-iskola. Irrikorriet għad-droga u l-prostituzzjoni. Spiċċat skizofrenika u mietet.

Krista* tbigħ ġisimha biex tkun tista’ tiekol biċċa ħobż. Kienet tibki mhux għax kellha tbigħ ġisimha, imma għax ma kellha lil ħadd min jieħu ħsiebha u jmantni l-bżonnijiet tagħha.

Dawn huma ftit mill-każi li jirrikorru għand Dar Hosea u li ssemmi Dr Anna Vella, Tabiba u membru tal-Kumitat Maniġerjali tal-istess dar, li tilqa’ n-nisa li jkunu fil-prostituzzjoni.

Dar Hosea kif tgħin lil nisa bħal Liza, Michelle u Krista?

  • Taħdem biex tagħtihom id-dinjità li jistħoqqilhom
  • Ma jistaqsuhomx mistoqsijiet u ma jitolbuhomx jibdlu l-istil tal-ħajja tagħhom
  • Joffrulhom ikel, ħwejjeġ, xelter u mħabba
  • Maż-żmien, in-nisa, waħedhom jibdew jistaqsu għal aktar għajnuna: Problemi tal-housing, kuntatt mat-tfal u l-familja, check-ups mediċi u kura, pariri legali u akkumpanjament fil-Qorti.

Dr Anna Vella tispjega li l-prostituzzjoni qatt mhi għażla imma konsegwenza ta’ avvenimenti koroh fil-ħajja. Saħqet li n-nisa jkunu lesti li jħallu l-prostituzzjoni jekk tingħatalhom alternattiva. Insistiet li nisa vulnerabbli li ġew abbużati sesswalment jew għandhom problemi ta’ saħħa mentali għandhom ikunu protetti.

Għal kuntatti ta’ Dar Hosea u fondazzjonijiet oħra li jgħinu persuni vulnerabbli agħfas hawn.