Droga tinstab moħbija fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel fil-Marsa

Il-Pulizija sabu ammont sostanzjali ta’ qratas bi trab abjad u kannella moħbija fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel fil-Marsa.
Wara s-sejba li saret mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, ġew arrestati żewġ żgħażagħ, tfajla ta’ 17-il sena u żagħżugħ ta’ 18-il sena.
Iż-żewġ żgħażagħ qed jinżammu arrestati biex jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjoni.

Ritratt: Mill-arkivji