Droga sintetika allegatament titmexxa minn żgħażagħ ta’ 21 u 22 sena

Il-Pulizija arrestaw żewġ żgħażagħ wara li ċċirkondaw il-karozza tagħhom fi Triq ix-Xatt fil-Gżira. Jidher li fit-tfixxija li saret fuq iż-żgħażugħ ta’ 22 sena mill-Ħamrun, huwa kellu 50 pakkett suspettata droga sintetika, kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti. Miegħu fil-karozza kien hemm tfajla ta’ 21 sena minn Ħaż-Żebbuġ.

L-arrest tagħhom sar il-bieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7pm wara ħidma mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Drogi u wara jiem ta’ osservazzjoni.

Il-Pulizija mbagħad imxew għall-kamra tal-lukanda fl-istess akwati li kienu joqogħdu fiha. Hemmhekk nstabet sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, miżien u affarijiet oħra relatati mad-droga.

Il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet fuq il-każ għadhom għaddejjin.