Droga misjuba f’karozza ta’ żagħżugħ li saq b’mod eċċessiv

Arkivji

Read in English.

Il-Pulizija arrestaw żagħżugħ ta’ 22 sena li kien qed isuq b’mod eċessiv. Wara l-arrest instab li fil-karozza tiegħu kellu basket bid-droga u bi flus kontanti.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.45am fi Triq Mikiel Anton Vassalli (Triq Reġjonali) iżda r-raġel mis-Serbja ġie arrestat fi Triq Emanuele Giordano, il-Gżira.

Huwa ma obdiex l-ordni tal-Pulizija biex jieqaf isuq u minflok saq b’mod eċċessiv. Ix-xufier, raġel ta’ 22 sena mis-Serbja, residenti l-Gżira ġie arrestat fi Triq E. Giordano wara li ħabat f’vettura li kienet ipparkjata.

Waqt tfittxija li saret fil-vettura instab basket li kien fih ammont ta’ flus kontanti. Fil-basket il-Pulizija elevat diversi pakketti li fihom kien hemm sustanza suspettata droga kokaina eroina, pilloli suspettati droga ecstasy u 17-il pakkett bi droga suspettata ħaxixa tal-Cannabis.