Aġġornata: Tisraq aktar minn €2,800 fi ħwejjeġ fl-aħħar xhur

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-mara li lbieraħ inqabdet tisraq fil-fatt minn stabbiliment kummerċjali fir-Rabat Għawdex, serqet b'aktar minn €800 fi ħwejjeġ ta' ditta rinomata.

Il-każ seħħ ftit minuti qabel it-tmienja tal-bieraħ filgħaxija, qabel ma għalaq l-istabbiliment.

Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li l-kameras tas-sigurtà mhux l-ewwel darba li qabduha tisraq mill-istabbiliment.

Huwa stmat li fix-xhur li għaddew serqet madwar €2,000 fi ħwejjeġ.

Barra minn hekk, investigazzjoni tal-pulizija dwar is-serqa wasslet biex instabet id-droga kannabis fil-karozza tal-istess mara.

Is-sejba saret fis-1.30 ta' dalgħodu.