Draw ta’ mingħajr gowls għal Malta kontra l-Irlanda ta’ Fuq

L-Erbgħa filgħaxija saru diversi logħbiet ta’ ħbiberija, fosthom Malta li lagħbet kontra l-Irlanda ta’ fuq.

Ir-riżultat intemm fi draw ta’ mingħajr gowls, bil-kowċ Pietro Ghedin jgħid li hu pjuttost sodisfatt bil-wirja tal-Maltin.

Il-logħba f’Ta’ Qali saret bi preparazzjoni għall-logħob uffiċjali f’Marzu li ġej, kontra l-Bulgaria u l-Italja.

Fost il-logħbiet l-oħra, jispikkaw ir-rebħ tal-Ingilterra kontra l-Brażil bl-iskor ta’ 2-1, tal-Ġermanja kontra Franza bl-istess skor, u ta’ Spanja kontra l-Uruguay għal 3-1.

L-Italja kisbet dro fl-aħħar sekondi tal-logħba kontra l-Olanda. Il-Portugal b’mod sorprendenti tilfu 3-2 kontra l-Ekwador, filwaqt li l-Arġentina barra minn darhom għelbu lill-Iżvezja 3-2.