Dro għal Valletta fl-Europa League iħalli ċans għal kwalifikazzjoni

UEFA Europa League
It-Tieni Rawnd Preliminari – L-Ewwel Leg
Valletta 0
Utrecht 0

Valletta żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jagħmluha għat-tielet rawnd preliminari tal-UEFA Europa League, wara li rnexxielhom jieħdu dro kontra Utrecht FC tal-Olanda.
F'partita li ntlagħbet fil-Hibernians Stadium f'Kordin il-Ħamis filgħaxija, Valletta kellhom wirja oħra pożittiva fl-avventura Ewropea, kontra tim iktar ikkwotat.
Għall-ħinijiet inizjali, Valletta u Utrech żammew il-partita bilanċjata sakemm lejn nofs l-ewwel taqsima, kienu Utrecht li bdew jagħfsu biex jippruvaw isibu l-gowl tal-vantaġġ.
Iżda lejn tmiem l-ewwel taqsima, Valletta resqu viċin li jidħlu jistrieħu fil-vantaġġ, meta xutt ta' Romeu Romao ġie mdawwar f'korner mill-gowler Daniel Jensen.
Fit-tieni taqsima, reġgħu kienu l-Olandiżi li kkontrollaw għal ħinijiet twal, bil-Beltin ikunu kapaċi jagħlqu l-ispazji fuq wara, biex żammew ir-riżultat sat-tmiem.
It-tieni leg jintlgħab il-ġimgħa d-dieħla f'Utrecht.

Ritratt: Domenic Aquilina