Aġġornata: Ikollhom jaqbżu biex jaqsmu d-drenaġġ

Bħalissa hemm xi drenaġġ fix-Xlendi, kif sostna qarrej ta’ Newsbook.com.mt, li bagħat ukoll ritratti.

Ikkuntattjat minn Newsbook.com.mt, kelliem għal Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) sostna li l-ilmijiet m’humix dranaġġ. Huwa spjega li kien hemm pompa li għandha xi ħsara u li ntfiet minnufih. Bħalissa qed taħdem pompa oħra, u hemm in-nies fuq il-post.

Però l-kelliem reġa kkuntattja lil Newsbook.com.mt biex jiċċara li l-likwidu huwa drenaġġ, iżda li kollox huwa taħt kontroll. Huwa żied jgħid li l-ilma li hemm fir-ritratti m’huwix kompletament drenaġġ, imma anka ilma li waddbu l-ħaddiema tal-WSC biex inaddfu t-triq. Il-WSC tappella lin-nies biex ma jarmux affarijiet li mhux suppost fis-sistema tad-drenaġġ.

Tappella wkoll li f’każijiet bħal dawn, għandhom jiġu nfurmati mill-ewwel għax inkella ma jkunux jafu.