Draxler se jibda kapitlu ġdid ma’ Seville?

Skont il-gazzetta Spanjola AS, Draxler mistenni jitlaq lil Paris Saint Germain peress li ma jagħmilx parti mill-ġejjien tal-klabb Franċiż. Il-plejer internazzjonali Ġermaniż ngħaqad ma’ PSG mingħand Wolfsburg għal £34m f’January 2017 iżda rnexxielu jiskurja biss 8 gowls f’46 logħba.

Draxler jista’ jtemm il-perjodu tiegħu ma’ PSG billi jingħaqad ma’ Seville b’self hekk kif dawn tal-aħħar qed ifittxu li jtejbu l-attakk tagħhom hekk kif kisbu medja ta’ 1.29 gowl f’kull partita f’La Liga matul l-istaġun li għadda. L-iktar staġun prolifiku tal-midfielder offensiv ta’ 24 sena, li kien parti mit-tim Ġermaniż li kkompeta fit-Tazza tad-Dinja, kien ma’ Schalke fl-2012-13.