Drapp ta’ suldat b’talba fuqha fil-Biennale di Venezia

Artisti kontemporanji Maltin se jingħatalhom iċ-ċans li jidhru quddiem udjenza internazzjonali.
Dan hekk kif madwar 200 oġġett, fosthom parti minn paraxut u biċċa drapp ta’ suldat b’talba miktuba fuqha, se jiffurmaw parti mill-Malta Pavilion fil-Biennale di Venezia 2017.
L-għan ta’ dan il-Pavilion hu li jinħoloq djalogu fuq l-identità tagħna bħala poplu Malti.
Fil-ġimgħat li ġejjin, l-oġġetti artistiċi, fosthom artefatti folkloristiċi, xogħlijiet minn kollezzjonijiet privati u nazzjonali, kif ukoll ritratti, se jintbagħtu Venezja.
Il-kontribuzzjonijiet se jingħataw mill-artisti Joe Sacco, Karine Rougier, Roxman Gatt, Teresa Sciberras, Darren Tanti, Aaron Bezzina, David Pisani, Pia Borg, Austin Camilleri, John Paul Azzopardi, Gilbert Calleja, Adrian Abela, kif ukoll Maurice Tanti Burlò.
Il-Malta Pavilion hu kkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti, f’kollaborazzjoni ma’ MUŻA, taħt il-patroċinju tal-Ministeru għall-Kultura.
La Biennale di Venezia 2017 se jsir bejn it-13 ta’ Mejju u s-26 ta’ Novembru.
Għal iktar informazzjoni agħfas hawn.