Dramm traġiku f’kuntest storiku

Illejla fit-8.30pm l-istazzjon One se jkun qed ixandar Awstralja, dramm mill-pinna ta’ Joseph Vella Bondin, dramm rebbieħ tat-tielet premju fil-konkors imniedi mill-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti, Premju Ġieħ Francis Ebejer fl-2007, fl-istess sena dan id-dramm kien itella’ għall-ewwel darba. Is-Seven8 Drama Troupe se tkun qed itella’ dan id-dramm mill-aqwa, propju 12-il sena wara. Dan id-dramm huwa miktub f’kuntest storiku soċjali, fejn l-awtur irnexxielu joħloq traġedja personali familjari minn sitwazzjoni li f’dak iż-żmien tas-sittinijiet, Malta kienet għaddejja minnha.

Awstralja għandu xalata ta’ emozzjonijiet kontrastanti, grazzi għall-interpretazzzjonijiet eċċellenti tal-atturi li qed jieħdu sehem f’dan id-dramm, b’direzzjoni ta’ Tanya Aguis Borg.

Jieħdu sehem Joseph Fenech, Shawn Ciantar, Jessica Azzopardi, Dorian Micallef, Rita Camilleri, u Marie-Claire Sammut.