‘Two Noble Kinsmen’ għall-ewwel darba f’Malta

Wara s-suċċess ta’ ‘The Two Gentlemen of Verona’ il-kumpanija teatrali żagħżugħa Roaring Voices se ttella’ dramm rinomat ieħor ta’ Shakespeare li għadu qatt ma ttella’ f’Malta s’issa.

‘Two Noble Kinsmen’ qed tittella’ ġewwa t-Teatru Salesjan taħt id-direzzjoni ta’ Polly March, li isimha hu sinonimu mad-drammi ta’ Shakespeare fix-xena teatrali lokali. Fost oħrajn, il-ġrajja ta’ mħabba se tieħu lill-udjenza fuq il-vjaġġ li jgħaddu minnu żewġ kuġini li jħobbu l-istess tfajla.

Listen to what director Polly March has to say about Roaring Voices' The Two Noble Kinsmen.For more info: www.tsmalta.com

Posted by Teatru Salesjan on Monday, February 3, 2020
Arranġament speċjali għall-udjenza li sejra tara ‘Two Noble Kinsmen’.

L-oriġinalità artistika ta’ Polly March tispikka mill-ġdid f’din il-produzzjoni, fejn fost l-oħrajn inbidlet l-istruttura tal-udjenza fit-Teatru biex l-udjenza tkun eqreb tal-atturi u tara l-produzzjoni minn perspettiva differenti.

‘Two Noble Kinsmen’ se tittella’ ġewwa t-Teatru Salesjan nhar id-29 ta’ Frar u l-1, 7 u 8 ta’ Marzu. Għall-biljetti u iktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol hawnhekk.

Here are Palamon and Arcite, Princes of ThebesThey areTHE TWO NOBLE KINSMENThey look happy, don't they? But that'…

Posted by Polly March on Tuesday, February 11, 2020

Roaring Voices hi kumpanija teatrali żagħżugħa li tellgħet l-ewwel produzzjoni tagħha s-sena l-oħra ġewwa t-Teatru Salesjan f’Tas-Sliema.