Dramm biex jimtela ‘vojt kbir fit-teatru Malti’

Wara li nħass li t-teatru Malti għandu nuqqas tal-leħen femminili, se jittella dramm bl-għan li jimla dan il-vojt kbir fit-teatru Malti.

Id-dramm, miktub minn Clare Azzopardi, huwa mfassal u mibni madwar karattri ta’ nisa li se jleħħnu ġrajjiet li l-mara qatt ma tkellmet dwarhom qabel fit-teatru Malti.

Marcelle Theuma, id-direttriċi ta’ din il-produzzjoni, qalet li fl-aħħar għandna dramm li jagħti leħen qawwi lill-mara, li jnaqqax il-figura tal-mara bl-akbar intelliġenza, umoriżmu fin u ironija.

Id-dramm huwa ispirat mill-ħassieba Franċiża Hélène Cixous, li fis-sebgħinijiet kienet qed tħeġġeġ lill-mara sabiex tkun hi stess li tikteb dwarha nnifisha.

Id-dramm ‘In-Nisa Maltin Jafu Kif’ se jittella fit-teatru Manoel fit-22, 23 u 24 ta’ Marzu 2013.