Drajt tuża l-internet banking tal-BOV?

Hekk kif dan l-aħħar il-Bank of Valletta aġġorna s-sistema tiegħu tal-Internet Banking u Securekey, il-Bank qed ikompli jinforma lill-klijenti tiegħu dwar dan is-servizz.

Filwaqt li qal li din is-sistema se tkompli tipproteġi s-sigurtà tal-klijenti, fisser li s-Securekey is-sewda ġiet sostitwita b’securekey diġitali – BOV Signatures – li tiġi aċċessata mill-ismartphone; inkella b’Securekey fiżika ġdida.

Il-BOV spjega li biex isiru tranżazzjonijiet finanzjarji, hemm dan il-proċess:

  • Il-klijent idaħħal l-aħħar ħames numri tal-kont li jixtieq jittrasferixxi l-flus lejh
  • Idaħħal l-ammont tal-ħlas
  • B’hekk tiġi awtentikata t-tranżazzjoni b’iktar protezzjoni għall-klijent

Kif tintuża l-Cronto?

Fi stqarrija, il-Bank fisser li biex il-proċess ta’ ħlas ikun wieħed sempliċi u mgħaġġel kemm jista’ jkun, filwaqt li jżomm l-istess livell ta’ sigurtà, permezz tas-securekey diġitali jistgħu jużaw funzjoni ġdida “Cronto” sabiex jawtorizzaw u jawtentikaw it-tranżazzjonijiet tagħhom. Minflok ma joqogħdu jdaħħlu n-numri tal-kont u l-ammont tal-ħlas, il-klijenti kemm sempliċement jiskennjaw il-“Cronto” fil-BOV Mobile App u jdaħħlu l-kodiċi li jidher fuq il-BOV Internet Banking.

Il-klijenti jistgħu jniżżlu l-BOV Mobile Banking App mingħajr ħlas minn Google Play jew App Store biex jibdew jużaw il-“BOV Signatures” u l-funzjoni “Cronto” għal pagamenti veloċi u faċli permezz tal-BOV Internet Banking. 

Għal aktar informazzjoni u gwidi, wieħed jista’ jidħol hawn