Dr Tonio Borg mad-DJ Bob Sinclair kontra t-tipjip

Id-DJ Bob Sinclair u l-kampjonessa tat-tennis Victoria Azarenka huma l-personalitajiet ewlenin li qed jingħaqdu mal-Kummissjoni Ewropea biex jiċċelebraw l-ewwel Jum ta’ Min Waqaf Ipejjep.

Dan il-jum ta’ ċelebrazzjoni qed isir għal dawk l-400,000 persuna li waqfu jpejpu bis-saħħa tal-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea jew inkella b’modi oħra.

Meta kien qed jindirizza attività pubblika fi Brussell, il-Kummissarju għas-Saħħa Tonio Borg awgura lil dawk kollha li waqfu jpejpu u qal li jittama li dan jispira lil nies oħra biex isegwu dawn il-passi.

Għal dan il-jum, id-DJ Bob Sinclair ta 1,000 download b’xejn tad-diska ġdida tiegħu Summer Moonlight.

Il-Kampanja “Min jieqaf ipejjep ma jwaqqfu xejn” ġiet mnedija fl-2011, immirata għal aktar minn 28 miljun persuna li jpejpu u li għandhom bejn il-25 u l-34 sena.