Filmat: “Aħsbu f’ħaddieħor jekk jogħġobkom” – Dr Tanya Melillo

Read in English.

Hekk kif l-għadd ta’ każi tal-imxija dinjija tal-Covid-19 qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla, il-konsulent tas-saħħa pubblika Dr Tanya Melillo se tkun fuq Newsbook.com.mt kull ġimgħa biex tagħti aktar tagħrif u pariri dwar kif l-aħjar li niġġieldu l-pandemija. 

18:22 Appell żgħir: min qed iħoss xi sintomi iċempel 111, u jibqa' d- dar sakemm qed jistenna s-swab test. Wara s-swab test importanti tibqa' d-dar sakemm qed tistenna r-riżultati.
Maria Webb
18:20 Jekk in-nies ikomplu kif qed jagħmlu, bla miżuri, is-sitwazzjoni ħa tmur għall-agħar. Spjegat li hemm bżonn limitu ma' min tiltaqa', trid iżżomm distanza, uża hand sanitiser ta' spiss, u tilbes maskra il-ħin kollu.
Maria Webb
18:19 Qalet li rridu nagħtu ċans biex naraw il-miżuri ta' bħalissa hux qed jaħdmu, għax trid imqar ġimgħatejn. Però ma teskludiex li jaf ikun hemm bżonn iżjed miżuri.
Maria Webb
18:17 Dwar il-baħar, li tmur tgħum huwa sigur, imma importanti li tkun distanza minn man-nies.
Maria Webb
18:16 Dwar l-influwenza, qalet li għadu kmieni biex tgħid jekk hux se jkollna mewġa ta' influwenza fuq mewġa ta' COVID-19.
Maria Webb
18:14 Dr Melillo spjegat li n-nies għandhom bżonn isegwu r-rapporti uffiċjali u mhux ta' nies oħra, għax ma tafx minn fejn qed iġibu l-informazzjoni u ħafna drabi tkun skoretta.
Maria Webb
18:12 Dr Melillo spjegat kif hemm limitu ta' kemm isiru swab tests kuljum minħabba riżorsi. B'hekk, il-prijorità għat-test huwa dawk li għandom is-sintomi jew dawk li kellhom kuntatt ma' każ attiv.
Maria Webb
18:10 Dwar il-bilanċ bejn ħruġ u dar, Dr Melillo sostniet li importanti li l-miżuri jinżammu biex ma jkunx hemm lockdown totali.
Maria Webb
18:08 Biex tmur tiekol, importanti tara ma min qed tmur u fejn qed imorru dawk in-nies. Però, tajjeb restaurant ikollu barra, li tkun grupp żgħir, li jkun hemm distanzi bejn l-imwejjed u li l-istaff lebsin il-maskri kif suppost.
Maria Webb
18:07 Il-każijiet qed jiżdiedu minħabba l-familji kollha li qed jidħlu kwarantina kaġun ta' persuna waħda fil-familja.
Maria Webb
18:06 Dr Melillo qalet li bħalissa jekk tmur ġo postijiet bil-miżuri, hija sitwazzjoni sigura. Però, kull min qed imur postijiet iffullati bħal Paceville kollha qed jiġu affetwati.
Maria Webb
18:03 Nilqgħukom għall-live blog għall-intervista ma' Dr Tanya Melillo.
Maria Webb