Dr Simon Busuttil jitfa’ r-riżenja tiegħu minn Membru Ewro-Parlamentari

Il-Viċi Kap Nazzjonalista Dr Simon Busuttil, bagħat ittra lill-President tal-Parlament Ewropew fejn uffiċjalment tefa’ r-riżenja tiegħu minn Membru Ewro-Parlamentari wara li fl-Elezzjoni Ġenerali huwa ġie elett biex iservi fil-Parlament Malti.

Fl-ittra, Simon Busuttil qal li huwa obbligu tiegħu li jirrinunzja s-siġġu li jokkupa fil-Parlament Ewropew sabiex ikun jista jservi lill-kostitwenti tiegħu ġewwa Malta fil-Parlament. Fl-istess waqt huwa wkoll irringrazzja lill-Elettorat Malti tal-possibilita’ li tah sabiex ikun jista’ jirrappreżentah fil-Parlament Ewropew għal dawn l-aħħar 9 snin.

Dr Busuttl qal li fillwaqt li se jkun iħoss in-nuqqas li jaħdem fl-Ewropa, jinsab entużjast sabiex jikkontribwixxi għal oppożizzjoni soda fil-Parlament Malti.

Fid-9 ta’ Marzu li għaddha, Simon Busuttil ġie elett minn żewġ distretti li kkontesta fihom, jiġifieri d-disa’ u l-ħdax –il distrett.