Dr Simon Busuttil jgħid eżatt fejn żdied ix-xogħol f’Malta

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil qal li meta jiġi biex jivvota, l-poplu se jwieġeb għal mistoqsija ċara: liema miż-żewġ partiti se jiggarantixxi ekonomija fuq saqajha?

Semma n-numru ta’ inċentivi u proposti li l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi sabiex l-ekonomija tibqa’ waħda b’saħħitha.

Fost oħrajn semma:

• Tnaqqis fit-taxxa mid-dħul għal kulħadd.
• Tnaqqis mit-taxxa tal-boll għal min jixtri propjetà residenzjali.
• Titneħħa t-taxxa fuq il-propjetà meta din tgħaddi mill-ġenituri għall-ulied.
• Titnaqqas it-taxxa tal-boll għal min jixtri propjetà residenzjali
• Jiġi estiż is-servizz ta’ child care b’xejn għal kulħadd.
• Kull ħaddiem juża sick leave anka għal meta jkunu morda t-tfal.

Dr Busuttil żied jgħid li l-Partit Nazzjonalist huwa kredibli għax ħoloq 20,000 post tax-xogħol. Kwota statistika tal-Labour Force Survey tal-aġenzija Eurostat, li qabblet l-impjiegi f’Malta s-sena li għaddiet ma dawk li kien hawn ħames snin ilu.

Fost oħrajn Dr Busuttil kwota żidiet ta’:

• 6,400 impjieg f’xogħolijiet professjonali, bħall-għalliema, accountants, spiżjara, tobba u infermiera.
• 4,400 impjieg bħala uffiċjali ta’ kumpaniji.
• 3,700 impjieg f’assistenti professjonali bħal supervisors u xogħlijijet tekniċi, bħal fil-qasam tal-avjazzjoni, fabbriki u farmaċewtika
• 3,000 impjieg fil-qasam tas-servizzi, bħal fi ħwienet, lukandi u ristoranti.
• 2,800 impjiegi klerikali f’oqsma bħall-gaming u s-settur tas-servizzi finanzjarji.

Dr Busuttil qal li bħalissa hawn rekord fl-ammont ta’ nies li jaħdmu fis-suq tax-xogħol f’Malta. Żied jgħid li r-rata ta’ qagħad hija waħda mill-inqas fl-Unjoni Ewropea.

Qal li filwaqt li fl-2011 id-defiċit fil-Greċja kien ta’ 9%, dak f’Malta kien ta’ 2.7%, u huwa proġettat li jinżel għal 1.7% din is-sena.

Fl-awdjo tisimgħu lil Dr Busuttil jitkellem ukoll dwar il-każ tar-recording tad-Deputat Mexxej Laburista Dr Toni Abela li jinstema’ jirreferi għall-‘blokka l-bajda’.