Dr Paul Borg Olivier ma jaqbilx mal-kariga l-ġdida ta’ Dr Franco Debono

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Dr Paul Borg Olivier qal li l-Kummissarju tal-liġijiet Dr Franco Debono żeffen fin-nofs kwistjonijiet ta’ sentiment popolari għall-gwadan personali tiegħu. Dr Borg Olivier qal dan f’intervista li ta lill-ġurnal ‘The Sunday Times’.

Dr Borg Olivier kompla jgħid li meta Dr Franco Debono kien jitkellem dwar il-meritokrazija, kien jibagħtlu messaġġi fuq iċ-ċellulari tiegħu u kien jispjegalu kif Dr Joseph Muscat li kien fil-klassi tiegħu, kien Kap ta’ l-Oppożizzjoni filwaqt li hu kien baqa’ fuq il-‘backbench’.

Dr Borg Olivier jistqarr li Dr Franco Debono hija persuna diviżiva li ngħatat rwol fejn l-unità u l-konsensus huma importanti ħafna. Dr Borg Olivier jiddefendi d-deċiżjoni tiegħu li jġib lura l-predeċessur tiegħu Joe Saliba u l-eks Ministru Austin Gatt fil-kampanja ta’ l-Elezzjoni Ġenerali.

Dwar il-problema tad-dejn tal-Partit Nazzjonalista Dr Borg Olivieri jgħid li dan jegħleb il-perċezzjoni tan-nies li l-finanzi tal-Partit Nazzjonalista huma dipendenti jew kontrollati mill-kuntratturi.