Dr Muscat jgħid li l-PL tgħallem ħafna mill-25 sena fl-oppożizzjoni

Waqt diskors taħt it-tinda fil-Għargħur, il-mexxej Laburista Dr Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista tgħallem ħafna mill-25 sena li għamel fl-oppożizzjoni. Qal li l-Partit uża dawn is-snin biex verament skopra x’jixtieq il-poplu Malti.

Flimkien mad-deputat mexxej Louis Grech, Dr Muscat tkellem dwar il-mod kif laqawh l-istudenti fil-kampus tal-MCAST u l-Università. Żied li dan kollu huwa dovut għall-messaġġ ta’ unità li qed iwassal il-Partit Laburista.

Tul id-diskors tiegħu Dr Muscat enfasizza li l-Partit Laburista ta’ llum il-ġurnata m’għandux x’jaqsam ma’ dak tal-passat.

Dwar il-billboards li fihom jidhru Dr Muscat u Dr Gonzi b’uċuh blu u ħomor, il-mexxej Laburista qal li din hija tip ta’ politika tribali.

Qal ukoll li Dr Gonzi irid ikun ċar dwar jekk kienx jaf dwar bil-ksur ta’ liġi li wettaq Tancred Tabone.