Dr Muscat kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali fl-għoti tad-demm

Waqt żjara fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm, Dr Joseph Muscat qal li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali biex persuni jitħallew jagħtu d-demm. Dr Muscat kompla jgħid li dawn l-għażliet għandhom isiru fuq bażi xjentifika.

Min-naħa tiegħu d-direttur tad-dipartiment tkellem dwar kif studji xjentifiċi juru li l-mard trasmess sesswalment huwa iktar komuni bejn koppji gay milli koppji etrosesswali.