AĠĠORNATA BL-AWDJO: Dr Manuel Mallia jitlob sentenza ta’ priġunerija fil-konfront ta’ Dr Paul Borg Olivier

L-Avukat Manuel Mallia ċaħad b’mod qawwi l-allegazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista dwar l-involviment tiegħu fil-każ ta’ korruzzjoni fix-xiri taż-żejt. Waqt konferenza tal-aħbarijiet l-Avukat Mallia qal li fil-kwerela li se jressaq kontra Paul Borg Olivier li huwa responsabbli mill-media tal-partit Nazzjonalista, se jkun qed jitlob sentenza ta’ priġunerija fil-konfront tal-istess Borg Olivier. Isma’ l-awdjo.

Dr Manuel Mallia semma wkoll li l-Ministru Tonio Fenech kien imissu irriżenja ħafna qabel minħabba ksur ta’ kodiċi ta’ etika. Hawnhekk l-Avukat Mallia irrefera għal meta l-Ministru Fenech kien aċċetta dak li sejjaħlu rigal ieħor meta allegatament kien mar fuq ajruplan privat biex jara logħba football fl-Ingilterra. L-Avukat Mallia qal li mhu se jippermetti lill-ħadd iwaqqa’ l-integrità personali tiegħu u li se jkun qed jieħu aktar passi legali.

Min-naħa tiegħu, Dr David Farrugia Sacco ċaħad li ħuħ Stephen kien involut fil-każ ta’ awditjar fir-rapport tal-IT.