Dr Lawrence Gonzi jsostni li l-PN hu l-aħjar għażla għall-ħolqien tax-xogħol

Waqt attività politika f’Santa Luċija, il-Prim Ministru u kap Nazzjonalista Dr Lawrence Gonzi sostna li l-elettorat irid jagħmel l-għażla tiegħu fuq liem partit kapaċi joħloq aktar impjiegi.

Dr Gonzi tenna li waqt id-dibattitu li sar it-Tlieta filgħaxija, il-mexxej Laburista kien stqarr li ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-privatizzazzjoni tat-tarzna.

Il-Prim Ministru kompla jgħid li dan juri kif il-Partit Laburista m’għandux direzzjoni fejn jikkonċerna l-ħolqien tax-xogħol, u li kien jaqbel mal-Partit Laburista tal-passat li kien jimpjega eluf ta’ ħaddiema laburisti fit-Tarzna.

Dr Gonzi temm jgħid li b’kuntrast ma’ dan, il-Partit Nazzjonalista ħoloq eluf ta’ impjiegi u salva 5,000 oħra waqt il-kriżi ekonomika.