Dr Klown ma tiġborx flus bieb bieb, attenti minn frodi

L-għaqda mhux governattiva Dr Klown, li tipprovdi divertiment lit-tfal rikoverati fl-isptar, avżat li persuni mhux magħrufa qed iħabbtu l-bibien ta’ djar fl-Imsida u  jiġbru l-flus, taparsi f’isimha, meta dawn mhux veru jirrappreżentawha.
L-għaqda spjegat li hi tiġbor il-flus biss permezz ta’ attivitajiet organizzati u mhux bieb bieb.
Talbet lil min ikun jaf b’każijiet hekk biex jinfurmaha, fuq in-numru 21374676 jew jiktbilha fuq president@drklown.org u jagħmel rapport fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.